Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt 
 
 
 
 
1st October 
Mara salvata minn membri tal-SAG

Anzjana ta’ 73 sena kienet salvata minn membri tar-rescue tal-SAG mid-dar taghha fi Triq Marina, tal-Pieta’, wara li hassha hazin x’aktarx minhabba rwejjah tal-gass wara li halliet il-gass miftuh.
Ghall-habta tal-11a.m il-pulizija tad-distrett kienet infurmata mill-familjari tal-mara li l-anzjana ma kenitx ghamlet kuntatt maghhom.

Meta l-anzjana baqghet ma wegibtx ghas-sejha tal-pulizija li marret fil-post, kienet infurmata r-rescue tal-SAG, li kellhom jidhlu mill-gallarija tar-residenza taghha. Huma sabu lill-mara mitlufa minn sensiha fil-kamra tas-sodda.  Fil-post kien hemm riha qawwija ta’ gass.  X’aktarx li l-mara ntilfet minn sensiha wara li halliet il-gass miftuh fil-kcina. Fil-post  issejhet ambulanza li hadet lill-mara l-isptar San Luqa fejn qieghda tinzamm ghall-osservazzjoni.

Intant zewg zghazagh inqabdu jisirqu fil-fatt ukoll minn membri tal-SAG li kienu fuq ir-ronda, waqt li dawn iz-zewg zghazagh kienu qed jisqassaw coin-operated telephone booth li tinsab fi Triq il- Qawra, fil-Qawra.  
Iz-zghazagh, li ghandhom 28 sena u 35 sena rispettivament, qed jinzammu mill-pulizija tad-distrett ghal aktar stharrig.  Huma nqabdu jisirqu nhar it-tnejn wara nofsinhar ghall-habta tas-2.30 ta’ wara nofs in-nhar.