![]() |
![]() |
| Thistle Lane, Paola PLA 19 - Malta E-mail : smash@vol.net.mt | |
| 1st October |
| IMinn rapport li deher
illum fin-nazzjon miktub minn Dione Borg jghidilna li fil- GWU hemm arja
ta’ konflitti interni li wasslu wkoll ghal incident serju li bih kienet
informata l-amministrazzjoni tal-GWU.
L-elezzjoni li ser issir illejla ghall-hatra ta’ Deputat Segretarju Generali se tkun kontestata minn Mario Cutajar, is-segretarju tat-taqsima servizzi pubblici tal-GWU u Tony Coleiro, is-segretarju tat-taqsima tarznari tal-GWU. Minn informazzjoni li
ghandha n-nazzjon jirrizulta li s-Segretarji tat-taqsimiet tal-GWU
minbarra Tony Coleiro, kitbu lil Jack Calamatta, is-segretarju generali,
fejn ipprotestaw mieghu ghall-attegjament li qed jittiehed fil-konfront
taghhom.
Xi xhur ilu fl-ufficju ta’ Charles Attard, l-ufficjal tal-finanzi, sehh incident serju li fih kien involut Mario Cutajar, is-segretarju tat-taqsima servizzi pubblici tal-GWU. Ir-rapport ta’ Borg jghid li jirrizulta li Tony Coleiro, li hu meqjus bhala militanti, ghandu l-appogg ta’ George Abela. Min-naha taghhom persuni involuti fil-GWU u fil-MLP qed jahdmu kontra Tony Coleiro. Fil-GWU Mario Cutajar hu maghruf ghall-appogg lil Alfred Sant u mhux kunsidrat vicin George Abela. L-istess rapport fil-gurnal isostni li hu nfurmat li Cutajar kien anke instiga lis-segretarji tat-taqsimiet biex jiktbu l-ittra lis-segretarju generali. Jidher li l-iskopijiet wara din l-ittra kienu minhabba li fil-GWU kien hemm min hass li George Abela u Lino Spiteri li kienu qed jinqdew bil- GWU biex jahdmu kontra Alfred Sant. L-informazzjoni li ghandu in-nazzjon tispecifika li Lino Spiteri u George Abela kienu nsistew li l-amministrazzjoni tal-GWU issemmiehom bhala dawk li ghamlu r-rapport dwar il-mizuri tal-Budget. Fil-GWU hemm minn isostni li Lino Spiteri u George Abela lesti li jekk l-amministrazzjoni tal-GWU tonqos milli ssemmiehom, huma jaghmlu pubbliku l-involviment taghhom fir-rapport. L-incident li fih kien involut Mario Cutajar fl-ufficju ta’ Charles Attard sehh xi xhur ilu u fih hu allegat li Cutajar dahal irrabjat fl-ufficju ta’ Attard. B’dan l-incident kienet infurmata l-amministrazzjoni tal-GWU u fil-GWU hemm min isostni li George Abela ried li jittiehdu passi fil-konfornt ta’ Mario Cutajar. Fl-incident hu allegat li Mario Cutajar qabad l-iskrivanija ta’ Charles Attard u anki caqlaqha minn postha. Hu allegat ukoll li Mario Cutajar ghamel anki l-ponn ma’ wicc Attard izda ma missux. Fil-GWU hemm xhieda ta’ dan l-incident. In-nazzjon hu nformat li l-incident bejn Mario Cutajar u Charles Attard sehh minhabba li Cutajar talab li Attard jaghmillu ittra b’konnessjoni mal-qligh tieghu. Jirrizulta li bejn Mario Cutajar u Charles Attard, li hu l-ufficcjal tal-finanzi tal-GWU hemm konflitti minhabba li Attard isostni li kien isib tfixkil u indhil minghand Cutajar minhabba r-rapporti dwar il-paga tieghu lid-dipartiment tat-taxxa. Min-naha l-ohra jidher
li hemm ukoll konflitt bejn diversi segretarji tat-taqsimiet tal-GWU u
l-amministrazzjoni. In-nazzjon
Il-grupp tas-segretarji tat-taqsimiet tal-GWU oggezzjona ghall-fatt li fil-media kien pubblikat dak li l-Grupp ma riedx. Sorsi vicin il-grupp sostnew ma’ n-nazzjon li din kienet it-tieni darba l-grupp kien injorat fid-decizjoijiet tieghu. Fost l-ohrajn il-grupp oggezzjona mas-segretarju generali ghall-fatt li ma kenitx inharget stqarrija li fiha s-segretarji heggu lill-membri biex ma jaghmluhiex ta’ strike breakers. Is-segretarji tal-GWU qed isostnu li m’humiex stmati u anki ipprotestaw billi m’attendewx laqgha li saret ghalihom. |