| Il-Prim Ministru jiehu
sehem fil-laqgha ta’ l-EPP fi Brussell
Il-prim ministru, Dr Eddie
Fenech Adami, akkumpanjat mis-segretarju parlamentari fil-ministeru ta’
l-affarijiet Barranin Dr Joe Borg u mis-sur Richard Cachia Caruana, Assistant
Personali tal-prim ministru, illum halla Malta ghal Brussell biex jiehu
sehem fil-Kunsill tal-partit tal-poplu Ewropew (EPP), fejn ser ikun wiehed
mill-kelliema ewlenin.
Waqt li jkun fi Brussell,
il-prim ministru ser ikollu tahdidiet mal-prim ministru tal-Lussemburgu
Jean Claude Juncker. Matul din il-laqgha mistennija tkun diskussa
r-riativazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropeja,
kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi.
Il-prim ministru mistenni
lura Malta illum il-Hamis l-1 ta’ Ottubru. |