![]() |
![]() |
|
|
|
| 24 ta' Awwissu 1998
Gvern Laburista wara l-5 ta’ Settembru se jnehhi l-preskrizzjoni fuq kull att ta’ korruzzjoni. Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Alfred Sant waqt mass meeting spettaklu fuq il-Fossos il-Furjana. IL-Prim Ministru qal ukoll li b’konfermita ma’ l-ghajta Ic-Cittadin L-Ewwel wahda mill-prijoritajiet personali tieghu se tkun dik li jkun assigurat li jkun hemm min jiehu hsieb bis-serjeta’ l-ilmenti tac-cittadini. B’konformita wkoll ma’ l-ghajta Ic-Cittadin l-Ewwel gvern Laburista se jirriforma mill-qiegh l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Dr Sant qal ukoll li gvern Laburista se jzid id-day care centres ghall-anzjani waqt li jizgura li fihom ikun hemm spazju ghall-persuni b’dizabilita. Se jibdew isiru testijiet tas-sahha ta’ l-anzjani biex il-mard ikun prevenut mill-bidu. Parti mill-isptar San Luqa se tinbidel f’centru permanenti ghall-anzjani fil-waqt li parti ohra se ssir respite centre ghall-persuni b’dizabilita. Il-Prim Ministru habbar ukoll li l-gvern se jesigi li l-haddiema tal-kuntratturi li jiehdu xoghol tal-gvern ikollhom kondizzjonijiet tax-xoghol xierqa. Dr Sant sahaq li l-gvern laburista se jkun l-ewwel gvern Laburista li se jmur ghall-elezzjoni bla ebda dell ta’ korruzzjoni. Il-Partit Laburista ressaq ligi gdida serja kontra l-korruzzjoni izda l-Partit nazzjonalista hadem biex din il-ligi tkun dghajfa. Jekk il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jinsisti li din il-ligi tkun dghajfa, il-Partit Laburista se jmexxi wahdu ‘l quddiem din il-ligi. Dr Sant qal li gvern Laburista jnehhi l-preskrizzjoni fuq kull att ta’ korruzzjoni u sfida lil Fenech Adami biex jaghmel dikjarazzjoni li l-Partit Nazzjonalista jivvota favur ligi li tnehhi l-preskrizzjoni fuq atti ta’ korruzzjoni. Il-Prim Ministru akkuza lill-Partit Nazzjonalista li jrid idahhal sens ta’ inferjorita fiz-zghazagh meta jghid li jekk ma nsirux membri ta’ l-Unjoni Ewropea ma jkunux jistghu jmorru jistudjaw barra. Sal-lum minkejja li qatt ma konna membri ta’ l-Unjoni, hafna kienu z-zghazagh li marru jistudjaw barra minn pajjizna. Il-Partit Laburista jrid li z-zghazagh ikollhom sehem shih fil-bini ta’ Malta moderna. Il-gvern se jsahhah l-impenn tieghu fl-edukazzjoni. Se jibda jinghata l-istipendju lil studenti fi skejjel vokazzjonali. Il-progetti kbar Laburisti se joffru opportunitajiet kbar ta’ xoghol liz-zghazagh. L-iebes issa ghadda, qal Dr Sant, u l-pajjiz se jibda jaqta l-frott tal-hidma Laburista. Dr Sant qal li spicca z-zmien li l-Maltin u l-Ghawdxin jkunu mkesksa kontra xulxin. Gvern laburista qal il-verita qabel l-elezzjoni ta’ Ottubru 1996, tul dawn l-ahhar wiehed u ghoxrin xahar, u se jibqa’ jghid il-verita wara l-elezzjoni. |
| Id-deputat prim Ministru u deputat Mexxej
Laburista Dr George Vella staqsa x’politika jaddotta l-partit Nazzjonalista
u x’direzzjoni jkollu pajjizna jekk ikollu jsir ir-referendum dwar l-Unjoni
Ewropea u dan ma jghaddix. Dr Vella li kien qieghed jindirizza l-mass
meeting spettaklu fuq il-Fossos rega sfida lill-Partit Nazzjonalista biex
jghid minn issa x’lest li jaccetta u x’mhux lest li jaccetta fin-negozjati
ma’ l-Unjoni Ewropea. Id-deputat Prim Ministru qal li l-Partit Nazzjonalista
fil-gvern kien imwissi li kemm is-sussidji tat-tarzna u kif ukoll in-newtralita
huma problemi ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea.
Qal li l-Partit Nazzjonalista qatt ma jghid li bhala membru ta’ l-Unjoni Ewropea pajjizna jkollu jaghti lura parti mid-dhul mill-VAT, id-dazji fuq affarijiet impurtati minn pajjizi barra mill-Unjoni, parti mill-prodott gross nazzjonali u parti mit-taxxa fuq l-agrikoltura. Dr Vella qal li bit-tnehhija tad-duty free fl-Unjoni Ewropea jintilfu mijiet ta’ impjiegi f’pajjizna. Id-deputat Prim Ministru qal li r-rabta li l-gvern irid jaghmel ma’ l-Unjoni hija limitata biss ghal zona ta’ kummerc industrijali hieles u min isemmi affarijiet ohra bhal ghaqda doganali jkun qieghed jigdeb. Minn naha tieghu l-Ministru Joe Debono Grech qal li l-Partit nazzjonalista ma hux kapaci jmexxi minghajr vendikazzjonijiet. Qal li l-Partit nazzjonalista fl-istess hin li jitkaza bit-taxxi jiftahar li bil-VAT kien jigbor hafna minn kemm qed jingabar illum bic-CET. Il-Ministru Debono Grech qal li l-Partit Nazzjonalista ma inbelax u ghadu bl-istess nies li fi zmienhom lejliet l-ahhar elezzjoni kien iffirmat kuntratt ghall-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel li suppost kellhom jiswew Lm30 miljun u li izda se jigu jiswew Lm50 miljun. |
| Gvern Gdid Nazzjonalista lest li jimpenja
ruhu biex jaghti mil-gdid sens ta’ direzzjoni li tkattar il-gid u l-fiducja
billi f’pajjizna jerga jinholoq ix-xoghol li johrog mill-krizi li ghandu
quddiemu l-pajjiz bic-cifra ta’ nies li qed ifittxu xoghol illum tlahhaq
aktar minn 10,000 ruh.
Dan qalu il-Mexxej tal-Partit Nazzjonalista Dr. Eddie Fenech Adami f’mass meeting f’Haz-Zebbug. Eddie Fenech Adami sostna li fil-waqt li l-Partit Nazzjonalista qed jipprezenta lista ta’ 94 kandidat kollha maghqudin wara l-partit, Alfred Sant ghandu partit ta’ koalizzjoni b’kandidati li kienu telquh. Eddie Fenech Adami staqsa x’ garanzija jistgha jaghti Alfred Sant b’ partit bhal dan b’ kandidat li sa ftit ilu biss kienu ta’ kritika ghall-politika tieghu. Ghalldaqstant huwa l-Partit Nazzjonalsita biss li jistgha joffri Gvern Stabbli. Dan jaghmlu b’garanzija ghax huwa partit maghqud u mimli dinamizmu. Dr. Fenech Adami sahaq li qabel l-1996 Alfred Sant holoq partit minghajr principji. Alfred Sant wera li ma kienx kapci jiggverna u jzomm magoranza maghquda. Il-Mexxej Nazzjonalista sahaq kawza ta’
l-elezzjoni il-gvern qed jipprova jaghmel hafna affarijiet wara li f’ sentejn
ma ghamel xejn, dahhal ghadd ta’ pulzija li zmien ilu kienu talbu lil-gvern
biex jidhlu fil-Korp tal-Pulizija. Alfred Sant izda zammmhom barra, izda
issa lejliet l-elezzjoni ddecieda li jdahhalhom. L-istess fil-qasam
ta’ Housing. Eddie Fenech Adami waqt li sostna il-Ministeru tad-Djar ma
ghamel xejn biex isolvi il-problema tal-housing, f’ daqqa wahda il-gvern
ghamel tliet konvenji ghal-xiri ta’ propjeta privata halli imbaghad titqassam
lill-min huwa fil-bzonn. Barra il- blokk ta’ appartamenti li fih hemm imdahhal
il-Lay Lay hemm ukoll propjeta li ghas-somma Lm279,500.
F’ dan il-konvenju hemm imdahhal in-Nutar Charles Mangion. Propjeta ohra
ser tinxtara minghand il-Ministru Charles Buhagiar. Fenech Adami fiser
dawn bhala skandli, fejn il-Gvern qed jintrabat li jaghmel kuntratti bhal
dawn meta l-parlament huwa xolt.
Eddie Fenech Adami qal li l-fl-elezzjoni
li gejja il-poplu ser jifhem il-bzonnijet tal-pajjiz. Il-Partit Nazzjonalista
fassal programm elettorali li jhares lejn il-bzonnijiet tal-pajjiz. Gvern
Nazzjonalista gdid jaghti direzzjoni lil-pajjiz, jerga juri fiducja lill-poplu
u jkattar il-gid.
Lawrence Gonzi tkellem ukoll dwar ix –xoghol u semmgha n-numru kbir ta[ zghazagh li prezentament qeghdin ifittxu xoghol. Dr. Gonzi temm id-diskors tieghu tenna li Gvern gdid Nazzjonalista jaf preciz fejn irid jasal u jkun garnazija ta’ futur sabih ghal-uliedna. Tkellem ukol il-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista il-Professur Guido De Marco fejn sahaq li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex partit ghan-Nazzjonalisti biss, izda partit miftuh ghal dawk kolla li jemmnu fil-gustizzja socjali, fid-dinjita tal-bniedem u tal-pajjiz u fix-xoghol. Il-Vici Kap Nazzjonalista sostna li fil-5 ta’ Settembru li gej il-poter jghaddi f’ idejn il-poplu li bil-vot tieghu b’ liberta jaghzel lil min jigvernah. |
| F’kelmtejn li ghamel waqt attivita’ ta’
Alleanza Gustizzja Socjali li saret il-bierah filghodu f’Marsaxlokk, Dr
Wenzu Mintoff qal li hemm bzonn li l-politici jirrispetta l-intelligenza
tal-poplu taghna ma jippruvaw x’jidhqu bih billi jweghduh l-impossibli
lejliet l-elezzjoni u l-ghada ta’ l-elezzjoni jibdew jissikkaw ic-cinturin.
Din l-elezzjoni barra minn zmienha kixfet il-maskra ta’ l-ipokresija ta’
dawk li sa ftit tal-gim ghat ilu kienu qed jghidu li l-pajjiz qieghed f’sitwazzjoni
finanzjarja prekarja, u issa f’daqqa wahda ghax faqqet bhal sajjetta fil-bnazzi
elezzjoni barra minn zmienha, issa qed tinghata l-impressjoni li f’daqqa
wahda solvejna l-problemi kollha tal-pajjiz. Hadd m’ghandu jafda
lil Alfred Sant meta qed jghid li l-kontijiet esagerati tad-dawl u ta’
l-ilma se jorhsu ghax rahas il-prezz taz-zejt jew ghax kien hemm zbalji
amministrattivi fil-kontijiet. Kemm ilu jiggverna Alfred Sant ghamel
ghoxrin xahar jissikka u ma jaghmilx pjaciri, issa fid-daqqa w il-hin li
fegget l-elezzjoni qed isiru favuri u preferenzi bir radam fil-girja sfrenata
ghall-voti.
Min-naha tieghu Dr Eddie Fenech Adami wkoll qed jipprova jidhaq bil-poplu ‘il ghaliex qed iwieghed kollox lil kulhadd meta sa ftit tal-jiem ilu kien qed jghid li l-pajjiz kien f’xifer ta’ falliment finanzjarju. Fenech Adami qed jghid li se jrahhas il-kontijiet tad-dawl u ilma izda mhux qed jghid b’kemm, kif u meta. Ir-risposta tieghu “hallu f’idejja” ghall-mistoqsija minn fejn se ggibu ‘l flus, mhiex konvincenti daqs il-“money no problem” li kien hareg biha ftit tas-snin ilu meta kien prim ministru. Fenech Adami mhux qed ikun sincier mal-poplu Malti ‘il ghaliex mhux qed jghid kif se jsolvi l-pjaga tad-deficit finanzjarju, kif se jhallas l-imghaxijiet kbar fuq id-dejn u jekk biex jimplimenta l-weghdiet fiergha tieghu hux se jkompli jiddejjen bil-goff. Il-fatt li din l-elezzjoni giet barra minn zmienha u ma kienetx ippjanata minn sena qabel, il-poplu qed jinduna bl-ingann tal-gvern li l-ewwel ssikka u ghafas kemm felah fuq iz-zghir, u issa f’temp ta’ ftit gimghat hall idejh ghax ghandu bzonn il-voti. Il-poplu qed jinduna bl-ingann tal-MLP li haseb fih biss lejliet elezzjoni u bl-ingann tal-PN li fil-lublieba kbira li ghandu ghal poter, qed iwieghed l-impossibbli. Alleanza Gustizzja Socjali qeghdha ssostni li l-politici ghandhom ikunu sincieri u onesti mal-poplu taghna. |
| Il-bierah ghall-habta tas-7pm, il-Pulizija gew infurmati li kien hemm xi hruq fil-Maltacom International Exchange, Psaila Street, B’Kara. L-iskwadra tat-Tifi tan-Nar, marru fuq il-post u tfew in-nar li kien hiereg minn zewgt ikmamar u cioe’ mit-Test Room u il-Cable Chamber. Hadd ma wegga f’dan l-incident. Minhabba id-dhahen, ghadu mhux maghruf l-ostent tal-hsarat li gew ikkagunati. Il-Magistrat tal-Ghassa Dott. Joseph Apap Bologna LLD, gie nfurmat u hatar diversi sabiex imexxu inkjesta fuq il-post tal-incident. |