Angela Agius 
Angela Agius bdiet il-karriera fix-xandir fl-24 ta' April 1978, bhala announcer/producer mar-Radju ta' Lehen il-Hbiberija u Soldarjeta fejn ipprezentat ghadd ta' programmi muzikali u letterarji. 
Prezentatrici ta' programmi fuq ir-Radju u t-Televizjoni. Ta' spiss giet ukoll maghzula biex tipprezenta sena wara l-ohra serati muzikali u letterarji. Kellha wkoll opportunitajiet li tipprezenta barra minn xtutna gewwa l-Kanada u Tunis, u kienet tifforma parti mill-gurija f'kompetizzjoni tas-shubija u tal-kant fosthom il-Festival tal-Kanzunetta Maltija. Hija mizzewga lil Joe, u ghandhom tifla, Lara.
John Demanuele 
John Demanuele ilu personagg fil-qasam tax-xandir u l-ispettaklu ghal dawn l-ahhar 20 sena. L-ewwel esperjenzi tieghu kisibhom fil-qasam tar-radju fejn kien jipprezenta programmi ta' natura sportiva. Ftit wara dahal fil-qasam tat-televizjoni u prezentazzjoni u produzzjoni ta' programmi sportivi u magazine programmes. Fost dawn il-programmi ta' min isemmi 'Korsa', 'Ronda Weekend', 'Ghada l-Hadd', 'Mil-Lum ghal ghada', 'Il-vjagg it-tajjeb', u 'Weekend'. Kien l-ewwel prezentatur Malti li ppartecipa u pprezenta 'Giochi Senza Frontiere' b'udjenza ta' aktar minn 240 miljun madwar l-Ewropa kollha. Fl-1995 kien ukoll ipprezenta l-edizzjoni tal-Kanzunetta Maltija ghall-Ewropa. John Demanuele huwa d-direttur tad-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport u huwa gradwat fil-'Communication Studies' b'diploma fil-Gurnalizmu.
Denise Mintoff 
Denise Mintoff bdiet il-karriera taghha fil-'One-Act Play Competition' tal-M.A.D.C. fl-1985 f'kummiedja bl-Ingliz jisimha 'Play goers' li rebhitha premju ghall-aktar attrici promettenti. Hadmet partijiet ewlenin fi drammi bhal 'Crystal Clear', 'Look Back in Anger', 'Divorcons', 'Antigone', 'Don't Dress for Dinner', 'Is-sejha ta' David' ta' Francis Ebejer u 'Il-Kerrejja' ta' Guze Diacono. Hadmet f'diversi pantomini u drammi ta' Shakespeare, bhal 'Macbeth', 'Anthony & Cleopatra', 'Merchant of Venice' u 'A Midsummer Night's dream'. 
Denise hadmet ukoll kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-televizjoni fil-programm satiriku 'Ahna ahna jew m'ahniex u t-teleserjal 'Triq Wahda'. Kienet ukoll il-protagonista fil-video tal-kanzunetta li hadet sehem fil-'Eurovision Song Contest' ta' l-1995 'Keep me in Mind'. 
Denise hija mizzewga lil Paul, attur popolari, u ghandhom tifla jisimha Paula.
Patrick Vella 
Patrick Vella ghandu 37 sena u jahdem mal-'Mid-Med Life Assurance'. Huwa mizzewweg lil Jane u ghandhom tifel Dario Philippe. Ipprezenta diversi serati, programmi kulturali, festivals u kuncerti anke fuq skala nazzjonali u ghadd gmielu ta' Fashion Shows u Beauty Shows immedija minn diversi organizzazjonijiet stabbiliti f'Malta. Ipprezenta wkoll il-'Festival Internazionale e Folk' f'Castrovillari l-Italja fl-1995. 
Ipproduca u pprezenta diversi programmi kemm fuq ir-radju kif ukoll fuq it-T.V. Ghamel perjodu ta' prezentazzjoni fuq il-'Charlton University - On Campus Radio' gewwa Ottawa l-Canada. 
Patrick ha kors ta' attur il-'Manoel Theatre Academy of Dramatic Arts' u ha sehem f'diversi produzzjonijiet teatrali. Kien jifforma parti mill-gurija tal-'Festival tal-Kanzunetta Maltija 1997' u 'Miss Maltese Islands for Miss World 1997'.